SCHEDULE

PODCASTS

FESTA 2017

INAWGURAZZJONI TAL-ORGNI L-GDID

FESTA MARTIRJU 2017

ABOUT

L-ghan li ghalih gie mwaqqaf ir-Radju tal-Komunita tax-Xewkija huwa li jwassal l-ispirtu tal-festa lil dawk li ma jistghux jinghaqdu ma' huthom ix-Xewkin l-ohra fil-Funzjonijiet u l-attivitajiet l-ohra li jsiru f'din il-gimgha tal-festa. L-ghan ewlieni kien li kemm il-morda u l-anzjani, kif ukoll dawk li jiehdu hsiebhom, ma jhossuhomx maqtughin wahedhom f'dawn il-jiem ta' ferh meta r-rahal ikun qed jiccelebra l-festa. L-emigranti wkoll nghataw mportanza. Fil-fatt sa mit-tieni skeda li kellu Radju Prekursur, bejn is-26 ta' Mejju u l-24 ta' Gunju 1998, Radju Prekursur haseb li jiddedika programm specjali li matulu sar kollegament dirett ma' l-emigranti li kienu qed jiccelebraw il-festa gewwa Melbourne fl-Awstralja. Dan l-appuntament ghadu jsir ta' kull sena, lejlet il-festa ghal habta tas-1.00 p.m. Ma' kienx dan l-uniku appuntament ma' l-emigranti. Fil-fatt ta' kull sena diversi emigranti jikkuntatjawna, kemm permezz ta' telefonati u anke permezz ta' l-email biex iwasslu l-awguri taghhom lil qrabathom li jghixu f'Ghawdex. Radju Prekursur beda bix-xandiriet tieghu fuq l-internet matul l-iskeda tal-festa tas-sena 1999 (Radju Prekursur kellu skeda ta' programmi bejn it-30 ta' Mejju u t-28 ta' Gunju 1999).

Radju Prekursur

  • +356 21565093
  • The Parish Centre, Saint John Baptist Square, Xewkija, Gozo, Malta.

LIVE WEBCAM

Live mil-Knisja

CONTACT