Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur

It-Tielet Jum tat-Tridu u l-Marc tad-Dimostrazzjoni

Il-jum tal-Gimgha, 20 ta' Gunju, fis-7.30 p.m. bdiet il-Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu.  Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija minn Fr. Alfred Grima, filwaqt li l-priedka saret mill-Kan. Gorg Bezzina.  Fid-9.30 p.m. beda l-marc tad-Dimostrazzjoni li ntemm fi Pjazza San Gwann Battista bit-tlugh ta' l-istatwa ta' San Gwann Jghammed lil Kristu fuq il-pedestal.  Wara saret anke wirja ta' loghob tan-nar ta' l-art.

Read more...
 
Ir-Rivista Gourgion Online - 2009

Ir-Rivista li tohrog fil-jiem tal-festa fir-rahal tax-Xewkija issa wiehed jista jnizzilha online. Ghal ewwel darba u bi pjacir kbir qed npoggu r-Rivista Gourgion fuq l-internet, ghal beneficju ta' dawk li jsewgu s-sit elettroniku specjalment l-emigranti. Din r-Rivista hija populari hafna fir-Rahal tax-Xewkija u tigbor informazzjoni generali li ghanda tirrigwardja x-Xewkija. L-ghadd ta din is-sena hu ta' 51 u tinkludi diversi artikli w nformazzjoni. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li b'xi mod taw sehemhom u ghamluha possibli li stajna nwasslulkom din r-rivista, nisperaw li snin ohra nkunu ukoll f'pozizzjoni li nwasslulkom din ir-rivista tant populari. Is-size elettroniku ta' din ir-rivista hu ta' 60MB, u tista tikklikja hawn biex tnizzilha .

 

 

 
Festa ta' San Gwann f'Melbourne, Awstralja

It-thejjijiet ghall-festa ta' San Gwann fix-Xewkija ilhom ghaddejjin gmielhom, biex hekk issa f'dawn il-granet ir-rahal jinsab armat bl-isbah tizjin fl-okkazjoni tal-festa tal-Patrun tar-rahal taghna.

Pero dan ix-xoghol ta' l-armar mhuwiex qed isir fix-Xewkija biss.  Ta' kull sena, fl-istes granet tal-festa taghna, ix-Xewkin gewwa Melbourne, l-Awstralja, ikunu qed ihejju huma wkoll biex jarmaw l-armar ghall-festa ta' San Gwann.

Read more...
 
Il-Hamis, 19 ta' Gunju: It-Tieni jum tat-Tridu
Fil-jum tal-Hamis, il-Funzjoni tat-Tieni Jum tat-Tridu tmexxiet mill-Vigarju Generali, Mons. Giovanni B. Gauci.  Il-qofol ta' l-attivitajiet ta' barra kien il-marc tal-Hniena li attendew ghalih mijiet ta' Ghawdxin.
Read more...
 
L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda

L-attivitajiet principali tal-jum ta' l-Erbgha, kienu jinkludu l-Koncelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-Ecc. Tieghu Mons. Nikol G. Cauchi fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda, kif ukoll il-marc mill-banda 'Ite ad Joseph' li sar fl-inhawi tal-Hamrija.

Read more...
 
Ritratti tal-Festa

Ir-ritratti ta' nhar it-Tnejn jigifieri tal-hrug ta' l-istatwa , tat-Tlieta dak tal-programm muzikali li l-Banda Prekursur tellghet fil-pjazza tax-Xewkija u anke r-ritratti tal-granet li gejjin, issa tistghu tarawhom permezz ta buttuna bl-isem 'Ritratti tal-Festa' fuq l-lemin. F'din l-istess pagna ghandkom issibu wkoll r-ritratti tal-festa tas-sena l-ohra.

 
It-Tieni Jum tal-gimgha tal-Festa

It-Tlieta, 16 ta' Gunju, komplew l-attivitajiet marbutin mal-festa ta'  San Gwann Battista.  Fil-Knisja Rotunda saret koncelebrazzjoni Solenni ta' Lejlet il-Konsagrazzjoni, filwaqt li iktar tard il-Banda 'Prekursur' tellghet programm muzikali fl-okkazjoni tat-80 anniversarju mit-twaqqif taghha.

Read more...
 
Qtugh fil-Provvista ta' l-elettriku jikkawza waqfien fl-iskeda ta' programmi ta' Radju Prekursur

Matul il-gurnata tat-Tlieta, 16 ta' Gunju, Radju Prekursur kellu jissospendi l-iskeda tal-programmi li kelli ppreparati ghal din il-gurnata minhabba qtugh fil-provista ta' l-elettriku.  Infatti matul il-gurnata kollha, ghal-habta ta' l-10.30 a.m. inqatghet il-provista ta' l-eletriku madwar Ghawdex kollu.  Ghal din ir-raguni l-programmi kollha ta' Radju Prekursur ma setghux jixxandru.  Kien biss ghal-habta tat-8.00 p.m. li l-provista ta' l-elettriku giet lura ghan-normal u hekk Radju Prekursur seta' jwassal xandira diretta tal-programm muzikali li tellghet il-Banda Prekursur.

Filwaqt li nixtiequ niskuzaw ruhna ghal dan il-qtugh fit-transmissjonijiet taghna, nixtiequ ninfurmawkom li ser ikun hemm xi tibdil fl-iskeda ta' Radju Prekursur ghall-Erbgha, 17 ta' Gunju biex jkunu jistghu jigu nkluzi xi programmi li l-lum ma xxandrux.

 
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>

Results 29 - 42 of 42

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 103
Web Links: 8
We have 2 guests online
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.