Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Spettaklu kbir ta' loghob tan-nar f'Lejlet il-Festa |
|
|
|
|
L-attivitajiet ta' barra komplew wara l-Koncelebrazzjoni Solenni ta' Lejlet il-Festa. Fid-9.00 p.m. il-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem bdiet marc minn hdejn il-Mithna ghal Triq Indipendenza u wara esegwixxiet programm muzikali minn fuq il-plancier fi Pjazza San Gwann Battista. Fid-9.15 p.m. beda spettaklu ta' loghob tan-nar ta' l-ajru, sinkronizzat mal-muzika.
Nistghu nghidu li dan l-ispettaklu gibed l-attenzjoni ta' mijiet ta' Ghawdxin u Maltin li segwew dan l-ispettaklu minn diversi inhawi madwar l-ghalqa li minn jinharaq in-nar ta' l-ajru kif ukoll mill-Pjazza ewlenija ta' quddiem ir-Rotunda. Waqt li kien ghaddej dan l-ispettaklu, il-Banda San Girgor ta' Kercem bdiet marc minn Triq il-Mithna, u Triq il-Hamrija, fejn hemmhekk inghaqdet mal-Banda Prekursur u z-zewg baned komplew il-marc minn Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja u l-Pjazza. Wara li intemm dan il-marc, ftit minuti wara li daqq nofs il-lejl, beda spettaklu iehor ta' loghob tan-nar ta' l-art mahdum minn Farrugia Brothers tal-Fontana, u wirja ta' ajruplani mahduma minn Gorg Vella.
|
| < Prev | Next > |
|---|









