Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Pontifikal Solenni ta' Lejlet il-Festa |
|
|
|
|
Ftit tal-hin ilu ghadu kemm inghata bidu ghall-Pontifikal Solenni ta' Lejlet il-Festa. Ezattament kif intemm il-kant ta' l-Antifona, beda dan il-Pontifikal li huwa mmexxija minn Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex. Huwa qed ikun assistit miz-zewg Djakni Xewkin, Trevor Sultana u Franklin Vella, flimkien mal-Arcipriet tax-Xewkija u bosta sacerdoti Xewkin.
Matul dan il-Pontifikal, jiehdu sehem attiv l-emigranti Xewkin li f'dawn il-granet ikunu ghall-btajjel fir-rahal taghna. Maghhom jinghaqdu wkoll ir-residenti barranin li joqghodu fir-rahal taghna. Minbarra li kull nazzjon ikun rapprezentat bil-bandiera tal-pajjiz li tingar mill-emigranti u residenti infushom waqt it-Translazzjoni, bosta minnhom jiehdu sehem attiv billi jaqraw il-lezzjonijiet u t-talbiet tal-fidili, kif ukoll itellghu l-offerti waqt din il-Koncelebrazzjoni. Matul l-Omelija tieghu, Mons. Nikol Cauchi tkellem dwar il-ferh li gab Gwanni mhux biss fil-familja tieghu imma f'bosta nies, ghaliex it-twelid tieghu kellu messagg messjaniku. Huwa tkellem ukoll dwar kif il-messagg tal-Battista ghadu jghodd ghalina wkoll. Fi tmien ta' dan il-Pontifikal Solenni, regghet indaqqet l-Antifona u nghatat il-Barka Sagramentali, li tmexxiet minn Dun Gwann Attard.
|
| < Prev | Next > |
|---|










