Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta' San Gwann Battista |
|
|
|
|
Fis-6.00 p.m. il-Banda Prekursur bdiet il-marc ta' qabel it-Translazzjoni minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazzetta ta' hdejn il-Knisja. Minn hawnhekk akkumpanjat b'marci religjuzi t-translazzjoni bir-relikwija ta' San Gwann ghall-Knisja Rotunda.
Il-marc tal-Banda Prekursur ghadda minn Triq il-Knisja, Pjazza San Gwann Battista, u b'waqfa hdejn il-Muzew ta' l-Iskultura. Jakkumpanjaw dan il-marc kien hemm il-membri tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija, kif ukoll bosta emigranti Xewkin kif ukoll residenti barranin li jghixu fir-rahal taghna. X'hin il-Banda Prekursur waslet hdejn il-Muzew ta' l-Iskultura, inghaqdu ma' l-emigranti, il-fratellanzi kollha tar-rahal taghna, il-Kavallieri ta' Malta, kif ukoll il-Piccolo Clero u l-kleru tal-Parrocca tax-Xewkija, li mxew processjonalment ghal Triq San Zakkarija, u lura fi Pjazza San Gwann Battista, waqt li l-Banda Prekursur akkumpanjat b'daqq ta' marci religjuzi. It-transalazzjoni kienet immexxija minn Fr. Alfred Grima, sacerdot Xewki li jwettaq il-hidma tieghu fil-Kanada. Kif il-purcissjoni dahlet fil-Knisja Rotunda indaqqet l-Antifona u wara inghata bidu ghall-Koncelebrazzjoni Solenni ta' lejlet il-festa.
|
| < Prev | Next > |
|---|









