Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Kollegament Dirett mal-emigranti f'Melbourne fuq Radju Prekursur |
|
|
|
|
Ghal sena ohra, Radju Prekursur rega zamm l-appuntament tieghu mal-emigranti Xewkin li jkunu qed jiccelebraw il-festa ta' San Gwann f'Melbourne, l-Awstralja.
Il-programm 'Mill-Festa Taghna' li beda ghall-habta ta' 12.00p.m. u kien ipprezentat mid-Direttur ta' Radju Prekursur Frans Galea u Laurie Zammit. F'Melbourne il-kollegament kien koordinat mill-kollega taghna Jesmond Attard. L-emigranti f'Melbourne waqt il-hin ta' dan il-programm ikunu qeghdin waqt id-Dinner Dance li tigi organizzata ta' kull sena mis-St. John the Baptist Association li torganizza l-festa ta' San Gwann Battista f'Melbourne. Matul dan il-programm , bosta emigranti waslu l-awguri taghhom lil familjari taghhom u lil hbiebhom li kienu jsegwu dan il-programm kemm permezz ta' Radju Prekursur, kif ukoll permezz ta' l-internet. Matul dan il-programm, l-Arcipriet tax-Xewkija, Mons. Carmelo Mercieca wassal ukoll il-messagg tieghu lill-Emigranti Xewkin. |
| < Prev | Next > |
|---|










