Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur

L-24 ta' Gunju - Solennita tat-Twelid ta' San Gwann il-Battista. It-Tieni jum tat-Tridu PDF Print E-mail

'Ismu huwa Gwann' - hekk beda l-priedka tieghu Patri Anton Farrugia OFM.   Huma proprju l-kelmiet li nsibu fil-Vangelu fil-jum tat-twelid tal-Battista.  Illum il-Hamis, 24 ta' Gunju, il-Knisja Universali ticcelebra b'sollennita' il-festa tat-Twelid ta' San Gwann Battista. 

thurs001 - IMG_9025.jpg

Fis-7.30 p.m., fil-Knisja Rotunda bdiet il-Koncelebrazzjoni tat-Tieni Jum tat-Tridu.  Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija minn Dun Gorg Mercieca, filwaqt li l-priedka ta' dan il-jum saret minn Patri Anton Farrugia.  Huwa tkellem dwar il-missjoni ta' Gwanni - dik li twassalna ghand Gesu' - kif Gwanni hejja lill-poplu Lhudi ghall-migja tal-Messija.  Skond il-pjan ta' Alla, kemm Gwanni l-Battista u kif ukoll dik ta' Kristu kienet missjoni wahda fil-pjan ta' Alla.  Gwanni kellu l-missjoni li jhejji t-triq ghall-migja tal-Messija.  Patri Farrugia semma l-importanza li kellu Gwanni sa mill-bidu nett tal-Knisja.

U hawnhekk tkellem dwar il-messagg qawwi ta' Gwanni l-Battista f'hajjitna llum.  Bil-hajja tieghu ta' penitenza, il-Battista ried ifiehem lin-nies ta' zmienu li wasal iz-zmien li jbiddlu t-triq li qabdu u jiehdu t-triq tal-Mulej.  Ahna issa imissna li nistqarru dak li l-genituri taghna weghdu fil-Maghmudija, u ngedduh bl-impenn tal-hajja taghna.  Gwanni l-Battista ghandu messagg attwali, ghaliex bil-predikazzjoni tieghu huwa jurina l-Mulej Gesu.

 Il-kor 'Vox Clamantis' u l-orkestra huma taht id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard.

thurs000 - IMG_9024.jpg

 
< Prev   Next >

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 103
Web Links: 8
We have 11 guests online
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.