Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur

L-Ewwel Jum tat-Tridu - Dun Guzepp Camilleri jfakkar il-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Tieghu PDF Print E-mail

L-Erbgħa, 23 ta' Gunju, l-ewwel Jum tat-Tridu, Dun Guzepp Camilleri, sacerdot mix-Xewkija u li bhalissa jinsab jaqdi il-missjoni tieghu bhala Kappillan fil-Gwatemala, iccelebra l-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu.

0006_-_img_8954.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fis-6.00 p.m. il-Banda Prekursur bdiet marc minn hdejn id-dar tieghu fi Triq San Zakkarija sal-Knisja Rotunda, fejn flimkien ma' Dun Guzepp, mxew numru kbir ta' familjari flimkien mal-Arcipriet tal-Parrocca tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, Mons. Charles Vella, u z-zewg Djakni Xewkin Trevor Sultana u Franklin Vella.

 0001_-_img_8932.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 0003_-_img_8933.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0004_-_img_8939.jpg 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fis-6.45 p.m. bdiet Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Guzepp flimkien ma' numru kbir ta' sacerdoti Xewkin u Ghawdxin li nghaqdu ma' Dun Guzepp biex ifakkru din l-okkazjoni sabiha.  Prezenti wkoll kien hemm l-Ecc. Tieghu Mons. Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex.

 0005_-_img_8949.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0009_-_img_8974.jpg 

 

 

 Mons. Charles Vella ghamel il-Priedka ta' l-okkazjoni, fejn filwaqt li ta harsa lejn il-hajja sacerdotali ta' Dun Guzepp u kif ukoll semma' d-diversi diffikultajiet li jiltaqa' maghhom is-sacerdot, specjalment meta jkollu jhalli art twelidu biex imur jwettaq il-hidma tieghu f'artijiet tal-missjoni.

 

 

 

 

 

 

 

 0007_-_img_8957.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0008_-_img_8959.jpg 

 

 

 

 

 

 

 

 

 Prezenti ghal din il-Koncelebrazzjoni fil-Knisja Rotunda, flimkien ma' numru kbir ta' familjari ta' Dun Guzepp Camilleri, kien hemm bosta Xewkin u persuni ohrajn kemm Ghawdxin u anke Maltin li gew apposta biex jiccelebraw dan l-anniversarju.  Kien hemm wkoll numru ta' Taljani u persuni mill-Gwatemala, mill-lokalitajiet fejn Dun Guzepp wettaq il-hidma tieghu matul dawn il-50 sena ta' sacerdozju.

F'kelmtejn tal-okkazjoni fi tmiem ta' din il-Koncelebrazzjoni, Dun Guzepp filwaqt li rringrazzja lil dawk prezenti, lill-familjari tieghu u lil hbieb li ghenuh matul dawn is-snin.  Huwa sellem ukoll lil dawk il-membri tal-komunitajiet minn Prato, fl-Italja u mill-Gwatemala fost l-ohrajn.

Mons. Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex fil-kelmtejn  li ghamel, huwa tkellem dwar kif il-prezenza ta' dawn il-komunitajiet minn pajjizi differenti jghinuna nhossuna parti mill-Knisja Universali.  Huwa rringrazzja lil Dun Guzepp ghas-servizz li ta lill-Knisja fil-Missjoni, imma wkoll lill-Knisja f'Ghawdex ghax huwa flimkien mal-missjunarji l-ohra xettlu fi qlubna l-Ghawdxin id-dimensjoni missjunarja.  Huwa heggeg biex dan il-mument ikun ukoll mument ta' grazzja ghall-parrocca taghna tax-Xewkija biex jinbtu vokazzjoni godda.

Tkellmu wkoll membri mill-Parrocca fil-Gwatemala fejn Dun Guzepp qed jwettaq il-hidma tieghu, li minn taghhom irringrazzjaw lil Dun Guzepp tal-hidma tieghu fosthom. 

Il-Koncelebrazzjoni ta' l-Ewwel Jum tat-Tridu ntemmet bil-kant ta' l-Antifona.

'Ad multos annos' - Hekk temm id-diskors tieghu l-isqof ta' Ghawdex.  F'isem l-istaff ta' Radju Prekursur nwasslu l-awguri taghna lil Dun Guzepp Camilleri f'dan il-50 anniversarju.

L-attivitajiet tal-lejla jkomplu bil-marc li jsir fl-inhawi tal-Hamrija. 

Fid-9.30 p.m. il-Banda Vizitazzjoni tal-Gharb bdiet marc minn hdejn il-kazin tal-Banda Prekursur ghal Triq il-Hamrija, u madwar l-inhawi tal-Blocks tal-Hamrija.  Fi tmiem ta' dan il-marc, l-istatwa ta' San Gwann ittellghet fuq il-pedestal hdejn l-Iskola Primarja Roza Magro. 

 0010_-_img_8989.jpg

 

0012_-_img_8983.jpg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0011_-_img_8991.jpg

 
< Prev   Next >

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 103
Web Links: 8
We have 5 guests online
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.