Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Ikomplu l-attivitajiet tal-festa |
|
|
|
|
Ghall-habta tad-9.30 p.m. ittella' programm muzikali fuq il-plancier fi Pjazza San Gwann Battista. Fost id-diversi siltiet muzikali li daqqet il-Banda Prekursur, gie esegwit ukoll l-Innu 'La Nativita di San Giovanni Battista', bis-sehem tas-solisti u tal-kor tal-Banda Prekursur. Wara sar marc mill-Banda Prekursur mill-Pjazza sal-kazin tal-Banda Prekursur fi Triq Santa Katerina. Minkejja li t-temp kien pjuttost frisk u fil-Pjazza kien qed jahkem rih qawwi u kemmxejn kiesah, bosta kienu dawk li ngabru quddiem il-plancier biex isegwu dan il-programm interessant li jittella' kull sena mill-Banda Prekursur. Il-Banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro Anthony Borg. |
| < Prev | Next > |
|---|








