|
Xandira diretta fuq Radju Prekursur ta' l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta' Trevor Sultana u Franklin Ve |
|
|
|
Il-Hadd, 20 ta' Gunju 2010 mis-6.30 p.m. 'il quddiem, Radju Prekursur wassal xandira diretta mil-Katidral ta' Ghawdex ta' l-Ordinazzjoni Djakonali ta' sitt zghazagh Ghawdxin. Fost dawn iz-zghazagh, insibu tnejn mir-rahal taghna tax-Xewkija, Trevor Sultana u Franklin Vella. Ta' min isemmi wkoll li John Schembri, seminarista li ghamel zmien iwettaq il-hidma tieghu fil-parrocca taghna kien ukoll fost dawn iz-zghazagh li gew ordnati djakni. L-ordinazzjoni kienet immexxija mill-Isqof ta' Ghawdex Mons. Mario Grech u prezenti kien hemm bosta sacerdoti Ghawdxin u Maltin, fosthom l-Arcipriet tax-Xewkija, Mons Carmelo Mercieca, u sacerdoti ohra mill-Parrocca taghna.
F'isem l-istaff kollu ta' Radju Prekursur u s-semmiegha taghna nwasslu l-awguri taghna lil dawn iz-zghazagh f'dan il-pass importanti f'hajjithom.
|