Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur

Tintemm il-Purcissjoni. Wirja Spettakolari ta' loghob tan-nar PDF Print E-mail

Minkejja r-rih li forsi seta' tellef xi ftit mill-atmosfera tal-festa, pero nistghu nghidu li bosta persuni attendew il-festa tar-rahal taghna minn kull rokna tal-gzira.  Matul il-purcissjoni, li kienet akkumpanjata mill-Banda 'Prekursur', fil-Pjazza, il-Banda 'Mnarja' tan-Nadur kienet qed tesegwixxi programm muzikali fuq il-Plancier.

 L-istatwa ta' San Gwann, kif kien previst, waslet taht l-ark trijonfali fi Pjazza San Gwann Battista ghall-habta ta' l-10.15 p.m.  fost ic-capcip u l-kant ta' bosta Xewkin li kienu mexjin quddiem l-istatwa.  Ta' min isemmi li matul il-purcissjoni, mill-ghalqa tan-nar kienu qed jinharqu diversi murtali tal-kulur li offrew spettaklu kontinwu lil kull min kien qed isegwi.

img_3910f_heading.jpg

 

Kif l-istatwa waslet taht l-ark, fid-dahla tal-Pjazza, bdiet wirja ta' loghob tan-nar ta' l-ajru minn fuq il-bejt tal-bini l-gdid tax-Xewkija Tigers F.C.  Fl-istess hin iz-zghazagh tajru diversi bziezaq bi dwal tan-neon imdendlin maghhom.  Kif intemmet din il-wirja, waqt li l-istatwa kompliet miexja lejn iz-zuntier, waqt li z-zewg baned prezenti komplew idoqqu l-innu marc, mill-ghalqa tan-nar ta' qata xejn l-ispettaklu ta' loghob tan-nar.  Lejn tmiem il-purcissjoni, waqt li l-istatwa kienet fuq iz-zuntier, lahaq il-qofol tieghu l-ispettaklu mhejji mill-Kumitat tan-nar, liema spettaklu kien jinkludi diversi refghat li tgawdew tajjeb hafna minn kull min kien isegwi.

Wara li intemmet il-Purcissjoni, fil-Knisja Rotunda saret celebrazzjoni liturgika f'gheluq din il-festa, fejn wara li tkantat l-Antifona, inghatat il-Barka Sagramentali. Wara waqt li mill-gdid regghet tkantat l-Antifona, sar il-bews tar-relikwija minn dawk kollha prezenti.

 Ir-ritratti tal-purcissjoni, kif ukoll tad-dhul ta' l-istatwa u ta' l-ispettaklu tal-loghob tan-nar jinsabu minn fuq il-link tar-ritratti tal-festa ta' din is-sena.

 

img_4099_heading.jpg

 

 

img_4041_heading.jpg

 

 

 

 

 

 

 
< Prev   Next >

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 103
Web Links: 8
We have 5 guests online
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.