Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Tibda hierga l-Purcissjoni |
|
|
|
|
Ftit tal-hin ilu ghada kemm harget il-purcissjoni bl-istatwa ta' San Gwann Battista. Wara l-hruq tas-salut mill-ghalqa tan-nar, il-Banda Prekursur taht id-direzzjoni tas-Surmast Anthony Borg, bdiet tesegwixxi l-Innu l-Kbir 'La Nativita di San Giovanni' bis-sehem tas-solisti u tal-kor tal-Banda. Ritratti tal-hrug tal-purcissjoni jinsabu fil-link tar-ritratti tal-festa 2009.
Fis-6.30 p.m. bdiet Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Karm Refalo, Arcipriet tax-Xaghra, li niseg ukoll il-Panigierku. F'din il-koncelebrazzjoni jiehdu sehem attiv ix-Xewkin li jghixu barra r-rahal. Kien ghall-habta tat-7.45 p.m. meta fil-bieb il-kbir tal-Knisja Rotunda tfacca l-ewwel standard tal-Fratellanza. Din is-sena, minhabba r-rih qawwi li kien qed jahkem, il-purcissjoni ma ghaddietx ghal Triq San Zakkarija izda ghaddiet minn Triq il-Knisja, ghal Triq il-Helsien u imbaghad kompliet it-triq tas-soltu, jigifieri minn Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina, Triq il-Hamrija, Triq Indipendenza u Pjazza.
|
| < Prev | Next > |
|---|









