Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Translazzjoni Solenni tar-Relikwija u Funzjoni ta' l-Emigranti |
|
|
|
|
Is-Sibt, lejlet il-festa, fis-6.15 p.m. beda l-marc ta' l-Emigranti minn hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur ghall-Pjazzetta ta' wara l-Knisja, bil-partecipazzjoni ta' l-Emigranti, membri tal-Kunsill Lokali u l-Banda Prekursur. Fis-6.45 p.m. bdiet it-Translazzjoni Solenni li din is-sena kienet mmexxija minn Mons. Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus. Il-jum tas-Sibt ddedikat lill-emigranti, ta' kull sena jigbor flimkien dawk l-emigranti kollha li jkunu fir-rahal taghna ghal-btala taghhom. L-attivitajiet jibdew b'marc mill-Banda Prekursur li fih jiehdu sehem il-membri tal-Kunsill u l-emigranti bl-istandard tal-pajjizi rispettivi taghhom. Il-marc jieqaf fil-Pjazzetta ta' wara l-Knisja Rotunda, fejn minn hemm jakkumpanja t-Translazzjoni Solenni bir-reliwija tal-Battista. Din is-sena t-Translazzjoni Solenni kienet mmexxija mill-Arcisqof Emeritus, Mons. Guzeppi Mercieca, li mexxa wkoll l-koncelebrazzjoni Pontifikali ta' lejlet il-Festa. Fl-omelija tieghu, huwa sahaq fuq l-importanza li Gwanni l-Battista jkun fil-qalb tal-familji biex hekk ikompli jsahhah il-valuri nsara fost il-familji Ghawdxin u Maltin. Il-kor 'Vox Clamantis' u l-orkestra kienu taht id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard. Prezenti ghal din il-koncelebrazzjoni, minbarra numru kbir ta' emigranti, kien hemm ukoll il-membri tal-Kunsill Lokali u rapprezentanza tal-Kavallieri ta' Malta. |
| < Prev | Next > |
|---|









