| History |
|
|
|
Il-BiduRadju Prekursur inghata l-licenzja ghall-ewwel darba biex ixandar ghal perjodu qasir bejn it-13 u t-22 ta' Gunju 1997. Kien bidu zghir. Ix-xandiriet saru fl-okkazjoni tal-festa tal-Patrun tar-rahal taghna, San Gwann Battista. L-idea ta' Radju kienet nibtet ftit jiem biss qabel. Kien fit-13 ta' Mejju giet mitluba l-informazzjoni mehtiega mill-Awtorita tax-Xandir. Fi zmien qasir hafna saru l-arrangamenti biex issir l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita tax-Xandir, kif ukoll biex jinkiseb l-apparat mehtieg biex ikunu jistghu jibdew it-transmissjonijiet. Wara xi jiem ta' xandir bi prova, giet approvata l-applikazzjoni biex Radju Prekursur jkun jista' jxandar fil-komunita tax-Xewkija fuq il-frekwenza ta' 99.3 FM Stereo. Il-ftuh ufficcjali tal-programmi fuq Radju Prekursur kien is-Sibt, 14 ta' gunju 1997, minn studjo li gie rrangat provizorjament fis-Sala ta' fuq is-sagristija fil-knisja Rotunda.
SkopL-ghan li ghalih gie mwaqqaf ir-Radju tal-Komunita tax-Xewkija huwa li jwassal l-ispirtu tal-festa lil dawk li ma jistghux jinghaqdu ma' huthom ix-Xewkin l-ohra fil-Funzjonijiet u l-attivitajiet l-ohra li jsiru f'din il-gimgha tal-festa. L-ghan ewlieni kien li kemm il-morda u l-anzjani, kif ukoll dawk li jiehdu hsiebhom, ma jhossuhomx maqtughin wahedhom f'dawn il-jiem ta' ferh meta r-rahal ikun qed jiccelebra l-festa. L-emigranti wkoll nghataw mportanza. Fil-fatt sa mit-tieni skeda li kellu Radju Prekursur, bejn is-26 ta' Mejju u l-24 ta' Gunju 1998, Radju Prekursur haseb li jiddedika programm specjali li matulu sar kollegament dirett ma' l-emigranti li kienu qed jiccelebraw il-festa gewwa Melbourne fl-Awstralja. Dan l-appuntament ghadu jsir ta' kull sena, lejlet il-festa ghal habta tas-1.00 p.m. Ma' kienx dan l-uniku appuntament ma' l-emigranti. Fil-fatt ta' kull sena diversi emigranti jikkuntatjawna, kemm permezz ta' telefonati u anke permezz ta' l-email biex iwasslu l-awguri taghhom lil qrabathom li jghixu f'Ghawdex. Radju Prekursur beda bix-xandiriet tieghu fuq l-internet matul l-iskeda tal-festa tas-sena 1999 (Radju Prekursur kellu skeda ta' programmi bejn it-30 ta' Mejju u t-28 ta' Gunju 1999).
Pass iehor il-quddiem ghal Radju Prekursur kien meta ghall-ewwel darba xandar skeda ta' programmi ghal zmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Ix-xandiriet ghal dan iz-zmien tas-sena bdew fl-24 ta' Dicembru 1999 u baqghu sejrin sat-22 ta' Jannar 2000. Peress li matul Jannar fix-Xewkija saret il-Missjoni l-Kbira, Radju Prekursur wassal xandiriet diretti tal-priedki li saru fil-Knisja Rotunda.
L-appuntament mas-semmiegha ta' Radju Prekursur kien ghal zmien il-festa ta' Gunju 2000. Ix-xandiriet bdew fit-3 ta' Gunju u baqghu sejrin sat-2 ta' Lulju. Kien wara din l-iskeda li bdew ghaddejjin diskussjonijiet dwar jekk Radju Prekursur ghandux jiftah matul is-sena kollha. Kien hemm talba mill-morda u mill-anzjani kif ukoll minn bosta semmiegha ohra biex Radju Prekursur ma jibqax ixandar ghal perjodi ta' 30 gurnata biss f'okkazjonijiet specjali. Peress li l-iskop ta' Radju Prekursur kien li jkun ta' servizz b'mod specjali ghal dawn in-nies, gie deciz li Radju Prekursur japplika ghal-licenzja tax-xandir ghal perjodu ta' sentejn. Minhabba f'hekk gie deciz ukoll li ghal zmien il-Milied ma jsirux xandiriet. Pero minhabba d-domanda li kien hemm biex jsiru xandiriet anke f'dan il-perjodu, gie deciz li Radju Prekursur jxandar biss fl-24 u fil-25 ta' Dicembru 2000, kif ukoll fil-31 ta' Dicembru 2000 u fl-1 ta' Jannar 2001. Il-licenzja permanenti ta' Radju Prekursur inharget fid-19 ta' Frar 2001. Minn dak inhar il-quddiem Radju Prekursur kuljum zamm l-appuntament tieghu mas-semmiegha permezz ta' skeda ta' programmi varjati.
ProgrammiIl-programm li jistghu jigu segwiti fuq Radju Prekursur ivarjaw minn programmi edukattivi ghal programmi divertenti. Matul dawn is-snin li ilu jxandar Radju Prekursur dejjem inghatat importanza lill-gosti tas-semmiegha. Kien ghal din ir-raguni li Radju Prekursur kien anke qassam kwestjonarju lill-poplu tax-Xewkija biex tkun tista' tigi mfassla skeda li tinkludi programmi ghall-gosti tas-semmiegha taghna. L-iskeda tinkludi fiha programmi ta' diski, programmi religjuzi, programmi edukattivi, kif ukoll sportivi. L-iskeda ta' programmi tinkludi wkoll xandiriet diretti ta' funzjonijiet li jsiru fil-Knisja Rotunda kif ukoll ta' attivitajiet li jittellghu fir-rahal minn zmien ghal zmien.
Fi zmien il-festa kull attivita li ssir tigi mxandra b'mod dirett fuq Radju Prekursur. Minbarra x-xandiriet li jsiru mill-Knisja Rotunda, jixxandru kollegamenti mid-diversi attivitajiet u marcijiet li jkunu qed jigu organizzati, kif ukoll certu attivitajiet jitwasslu b'xandira diretta lis-semmiegha permezz tal-frekwenza 99.3 FM Stereo.
L-ghaqdiet kollha tar-rahal jinghataw ic-cans li jwasslu lehinhom permezz tar-Radju tal-Kommunita' tax-Xewkija. Ittellghu anke diversi programmi flimkien mall-Kunsill Lokali tax-Xewkija li matulhom is-semmiegha nghataw informazzzjoni dwar il-hidma tal-Kunsill. Delegazzjoni minn Radju Prekursur kienet prezenti wkoll f'Castelvenere, fl-Italja minn fejn anke ittellghu programmi b'taghrif dwar il-gemellagg li gie ffirmat bejn iz-zewg kunsilli. Radju Prekursur kull sena jxandar ukoll il-programm li jittella' mill-Kunsill Lokali fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija.
Sa minn Awissu 2002, Radju Prekursur beda jxandar il-Quddiesa Pontifikali ta' Jum il-festa, minn dawk il-parrocci Ghawdxin li ghad m'ghandhomx radju tal-komunita. B'hekk mhux biss is-semmiegha regolari ta' Radju Prekursur setghu jsegwu l-Pontifikal minn dawn l-irhula, imma Radju Prekursur kien ta' servizz ghal dawk l-anzjani u l-morda li qatt ma setghu jsegwu din il-funzjoni minhabba li sahhithom ma tippermettix li dawn johorgu minn djarhom. Saru wkoll diversi programmi minn dawn il-parrocci li matulhom inghatat informazzjoni dwar ir-rahal rispettiv minn fejn ikunu jsiru x-xandiriet.
Radju Prekursur ghandu wkoll programmi sportivi regolari. Kull gimgha jittella' programm li matulu jinghata taghrif dwar dak kollu li qed jigri fix-xena sportiva, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Minn Ottubru 2003 Radju Prekursur beda jwassal ukoll kollegament b'aggornamenti regolari tal-loghob kollu tal-Kampjonat tal-Football Ghawdxi. Kull gimgha kien jittella' wkoll programm li fih kienu jsiru intervisti mad-dirigenti u players tat-timijiet li jkunu nvoluti fil-loghob matul dik il-gimgha.
Il-kollaborazzjoni ma stazzjonijiet ohra, kemm Ghawdxin kif ukoll Maltin ma tonqosx. F'Marzu/April 2003 Radju Prekursur, b'kollaborazzjoni ma' Christian Light Radio, kien xandar kors ta' ezercizzi tar-Randan li saru fil-parrocca ta' Pembroke minn Patri Elija Vella. Diversi kontributuri ta' Radju Prekursur joffru wkoll is-servizz taghhom fuq stazzjonijet ohra tal-kommunita meta jkunu mitluba. Fis-sena 2003, Radju Prekursur xandar wkoll programmi specjali flimkien ma' Radju Lehen il-Qala, liema programm ittella' minn prezentaturi taz-zewg stazzjonijiet mill-istudjos rispettivi taghhom. Dawn il-programmi xxandru fuq iz-zewg stazzjonijiet ‘live' fl-istess hin. Programmi simili ttellghu wkoll flimkien ma' l-istazzjon ta' Sannat Radju Margerita.
Fl-okkazjoni tal-festa ta' San Gwann, kull sena ttella' programm flimkien ma' l-emigranti minn Melbourne u programm iehor minn Sydney. Nhar il-festa filghodu jixxandar ukoll kollegament waqt il-purcissjoni tal-festa ta' San Gwann li tkun qed issir f'Melbourne, Awstralja. Kellna wkoll kollegamenti minn emigranti li jinsabu f'diversi pajjizi fosthom mill-Istati Uniti, Kanada u Ingilterra. Fl-okkazjoni tal-festa, Radju Prekursur iwassal ukoll telefonati mall-missjunarji xewkin li jinsabu fil-Brazil, Gwatemala u fil-Kanada. FinanzjamentMinn kemm ilu li twaqqaf Radju Prekursur, kull membru ta' l-istaff jaghti s-sehem tieghu fuq bazi volontarja. Pero, l-ispejjez involuti biex topera stazzjon tar-Radju xorta huma konsiderevoli. Id-donazzjonijiet tas-semmiegha huma s-sors ewlieni minn fejn Radju Prekursur igib il-fondi mehtiega ghall-ispejjes kbar li hemm involuti biex wiehed jopera stazzjon tar-Radju. Hemm ukoll diversi kumpaniji li minn zmien ghal zmien joffru sponsors biex jghinu fl-ispejjez. Permezz ta' Radju Fanclub, il-membri li jidhlu jkunu wkoll jikkontribwixxu biex jiffinanzjaw lil Radju Prekursur. Minn zmien ghal zmien jigu organizzati xi attivitajiet ta' fund-raising bhal-lotteriji jew ikliet.
Hafna mill-apparat li nsibu jintuza fl-istudjos ta' Radju Prekursur huwa proprjeta ta' Radju Prekursur. Minnbarra cables u attrezzaturi li huma mehtiega biex jintramaw l-istudjos, hemm ukoll spejjez ohra bhal CD's, cassettes, videos u minidisks li huma necessarji biex jigu rrekordjati l-programmi. Minn zmien ghal zmien jkun hemm ukoll spejjez necessarji ma' manutenzjoni ta' apparat, kif ukoll xiri ta' apparat gdid. |
| < Prev | Next > |
|---|




