GRAZZI lil Arcipriet Mons Carmelo Mercieca u MERHBA lil Mons Daniel Xerri PDF Print E-mail

Wara li aktar kmieni thabbret in-nomina tal-Arcipriet Gdid tal-Parrocca taghna, nixtiequ nirringrazzjaw lil Mons Carmelo Mercieca tal-hidma kbira li wettaq fil-parrocca taghna matul dawn it-43 sena li huwa ghamel bhala Arcipriet.  Nawgurawlu iktar hidma fejjieda fid-Djocesi Ghawdxija wara l-hatriet li nghata mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech.

 

mons_mercieca.jpg

 

04-mons._daniel_xerri.jpg

 Mons. Carmelo Mercieca   Mons Daniel Xerri 

 

 

Naghtu merhba wkoll lil Arcipriet il-gdid Mons. Daniel Xerri u nawgurawlu ghal hidma gdida li ser jibda jwettaq fir-rahal taghna bhala raghaj spiritwali tal-parrocca.  

 

 

Ir-Rotunda Arcipretali ta' San Gwann Battista

Ix-Xewkija hu l-ewwel rahħal tal-kampanja Ghawdxija, ’il barra mir-Rabat, li sar parrocca, fis-27 ta’ Novembru 1678, b’digriet ta’ Mons. Mikiel G. Molina, Isqof ta’ Malta u Ghawdex. 

 

Il-knisja qadima ddedikata lil San Gwann Battista nbniet tal-inqas darbtejn, sakemm fl-4 ta’ Mejju 1952 tqieghdet l-ewwel gebla tar-Rotunda li naraw illum.  Il-binja maestuza, maghmula kollha kemm hi mill-gebla Maltija, inbniet fuq il-post tal-knisja l-qadima, u giet iddedikata fis-17 ta’ Gunju 1978.

 

Fl-1854, mija u sebghin sena ilu, il-Parrocca tax-Xewkija kkummissjonat l-istatwa titulari ta’ San Gwann, minquxa fl-injam mill-iskultur Pietru Pawl Azzopardi. 

 

Il-knisja parrokkjali tax-Xewkija saret Arcipretali fl-10 ta’ Frar 1893, fi zmien l-Arcipriet Pietru Pawl Ciantar.  B’digriet tal-Isqof Nikol G. Cauchi fil-21 ta’ Mejju 1978, ir-Rotunda tax-Xewkija giet mghollija ghall-gieh ta’ Santwarju Djocesan; fl-istess sena twaqqfet ufficjalment bhala s-Sede Spiritwali tal-Ordni ta’ San Gwann f’Ghawdex. 

 

Monsinjur Daniel Xerri qed jiġi maħtur il-ħmistax-il ragħaj spiritwali tax-Xewkija kemm ilha parroċċa.  Sal-lum fl-istorja tagħha hi kellha disa’ kappillani u sitt arċiprieti.  Mons. Carmelo Mercieca, il-ħames Arċipriet tagħha, kien irċieva n-nomina tiegħu fit-18 ta’ Jannar 1972.

 

Taghrif dwar Monsinjur Daniel Xerri

Dun Daniel Xerri twieled fil-21 ta’ Awwissu 1969, ircieva l-edukazzjoni primarja fl-Iskola tax-Xaghra u dik sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Gesù, il-Belt Victoria.

Fl-1987 beda l-formazzjoni tieghu ghas-sacerdozju fis-Seminarju Magguri tal-Qalb ta’ Gesù. Bejn is-snin 1990 u 1991 ghamel is-sena intermedjarja fil-Parrocca tal-Assunzjoni, Atco, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Gie ordnat djaknu fl-10 ta’ Lulju 1993 u sacerdot fl-24 ta’ Gunju 1994 mill-Isqof Nikol G. Cauchi.

Huwa kompla l-istudji tieghu f’Ruma fejn fl-1997 kiseb il-Licenzjat fit-Teologija Dommatika mill-Università Pontificia San Tommaso d’Aquino (Angelicum), u fis-sena 2000 id-Dottorat mill-Ateneo Pontificio Regina Apostolorum. Sadanittant huwa serva bħala Vici-Parroku fil-Parrocca ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja, Ruma, u fil-Parrocca ta’ Santa Croce, Passo Corese, Djocesi ta’ Sabina – Poggio Mirteto.

Wara li kiseb id-Dottorat, gie msejjah biex jghallem it-Teologija Dommatika fl-Ateneo Pontificio Regina Apostolorum, Ruma. Fl-istess zmien gie mahtur Kappillan tal-Parrocca ta’ Santa Maria della Pace f’Borgo Santa Maria u Kappillan tal-Parrocca ta’ Santa Maria Assunta f’Corese Terra, Djocesi ta’ Sabina – Poggio Mirteto.

Fl-2004 l-Isqof Nikol G. Cauchi sejjahlu lura lejn Ghawdex fejn hatru Kappillan tal-Parrocca ta’ San Lawrenz.

Fl-2007 l-Isqof Mario Grech hatru Rettur tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta’ Gesù, ufficju li qeda sal-2014.

 
< Prev   Next >
logoradju.jpg

playlistenlive.jpg
(Feast time only)

Link 2
(Rest of the year)

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 145
Web Links: 8
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.