Radju Prekursur jsellem lill-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi PDF Print E-mail

It-Tnejn, 15 ta' Novembru thabbret il-mewt ta' l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi, li mexxa d-Djocesi ta' Ghawdex ghall-iktar minn 38 sena.  Radju Prekursur inghaqad mad-Djocesi Ghawdxija f'dan il-mument ta' niket u soghba ghat-telfa tieghu.

isqof_cauchiimg_1519.jpg

B'sinjal ta' luttu, ezattament kif thabbret il-mewt ta' Mons. Nikol G. Cauchi, Radju Prekursur waqqaf ix-xandiriet normali tieghu u beda jxandar biss muzika sagra.  Barra minn hekk Radju Prekursur bidel l-iskeda normali tieghu biex jinkludi programm specjali bhala tislima lill-Isqof Cauchi, kif ukoll ser ixandar il-Koncelebrazzjoni tal-Funeral li ser isir nhar l-Erbgha, 17 ta' Novembru fil-Katidral ta' Ghawdex.

It-Tlieta, 16 ta' Novembru, Radju Prekursur ser ixandar programm specjali bhala tislima lill-Isqof Emeritus.  Dan il-programm ser jixxandar fis-7.00 p.m. u ghandu prezentazzjoni ta' Ivan Farrugia.  F'dan il-programm ser isiru intervisti ma' bosta persuni li hadmu fil-qrib ma' l-Isqof Cauchi, fosthom l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, Mons. Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex, Dun Eddie Zammit, u Dun Renato Borg li ghal bosta snin kien is-Segretarju ta' l-istess Isqof Cauchi.

Dan il-programm ser jkollu ripetizzjoni l-Erbgha, 17 ta' Novembru fis-1.15 p.m.

 F'isem l-istaff u s-semmiegha ta' Radju Prekursur nghatu l-kondoljonzi lill-qraba ta' l-Isqof Emeritus Mons Nikol G. Cauchi.

 
< Prev   Next >
logoradju.jpg

playlistenlive.jpg
(Feast time only)

Link 2
(Rest of the year)

Paypal Donate

Podcast

Login Form






Lost Password?

Statistics

Members: 5
News: 145
Web Links: 8
mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
Visitors Since 16 th May 1999

Xewkija.net News

Xewkija.Net Village Portal
Xewkija.Net will give you the latest news of Xewkija to your Desktop.