Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Il-marc ta' filghodu |
|
|
|
|
Fil-11.00 a.m. il-Banda Victory tax-Xaghra tat bidu ghall-marc popolari ta' filghodu. Il-marc beda minn hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur, ghadda minn Triq Santa Katerina, Triq il-Kbira, Triq Helsien, Triq Ein Karem u Pjazza San Gwann Battista fejn jilhaq il-qofol tieghu. Aktar tard il-Banda Ite ad Josef tal-Qala, inghaqdet ukoll mal-Banda Victory fejn komplew iferhu lil dawk prezenti bid-daqq ta' marcijiet brijuzi.
Il-qofol tal-briju intlahaq fi Pjazza San Gwann Battista ghall-habta tas-1.00 p.m. fejn indaqqu diversi marcijiet brijuzi li komplu ziedu il-briju ta' numru kbir ta' zghazagh Xewkin li kienu qed jiehdu sehem f'dan il-marc. Il-marc intemm iktar tard quddiem il-kazin tal-Banda Prekursur fi Triq Santa Katerina.
|
| Next > |
|---|











