Merhba fuq is-sit ta' Radju Prekursur.
Welcome to the Radju Prekursur Website.
Benvenuti al Sito Di Radju Prekursur
| Il-Pontifikal Solenni ta' Jum il-festa |
|
|
|
|
Fit-8.15 a.m. bdiet hierga l-Purcissjoni mis-Sagristija tal-Knisja Rotunda li tat bidu ghall-Pontifikal Solenni ta' Jum il-festa. Il-Pontifikal kien immexxi mill-Ecc. Tieghu Mons. Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex li niseg ukoll il-Paningierku tal-Festa.
Matul dan il-Pontifikal, hadu sehem l-Arcipriet tal-Parrocca, flimkien ma' bosta sacerdoti Xewkin u ohrajn minn barra r-rahal. Prezenti wkoll kien hemm iz-zewg djakni Xewkin, Trevor u Franklin, kif ukoll id-Djaknu John Meilak li ghamel ukoll xi zmien iwettaq hidma pastorali fir-rahal taghna u li gie ordnat Djaknu nhar il-Hadd li ghadda. Il-membri ta' l-ghaqdiet tar-rahal, kif ukoll membri tal-Kunsill Lokali hadu sehem attiv f'dan il-Pontifikal, li ghalih attendew numru kbir ta' nies. Qabel ma ntemm dan il-Pontifikal, l-Isqof Mario Grech ghamel appell ghall-ghajnuna ghal dawk il-postijiet fil-Brazil li gew milquta minn gharar f'dawn l-ahhar granet. Huwa ghamel referenza wkoll ghall-missjunarju Xewki, Dun Salv Vella li jinsab ftit il-boghod minn fejn gara dan id-dizastru. Il-Pontifikal li kien imxandar ukoll fuq Rajdu Pekursur, b'kummentarju minn Lelio Spiteri li wassal lis-semmiegha dak li kien qed isir fil-Knisja Rotunda. Wara li ntemm dan il-Pontifikal, Radju Prekursur wassal ukoll messaggi minn diversi persuni, fosthom il-Vici Sindku Joseph Vella, il-Kunsillier Teddie Mizzi, Dun Guzepp Camilleri, u ohrajn. Fl-intervista li saret mas-Surmast Mro Colin Attard, li mexxa l-kor u l-orkestra matul dawn il-granet huwa tkellem dwar il-muzika li tintuza fil-funzjonijiet tal-festa taghna. Ix-xandira ta' dalghodu intemmet bil-messagg ta' l-Isqof ta' Ghawdex u bil-messagg ta' l-Arcipriet tax-Xewkija, Mons. Carmelo Mercieca.
|
| < Prev | Next > |
|---|









